6 ta' Gunju - Sparatura Plattini.
L-iSparatura tal-Plattini li saret f’Magru Range gewwa l-Virtu’ l/o Rabat irrizultat f’wahda kumbattuta tant li fil-final rajna Tiratur Balzani johodha kontra Titarut Tarxiniz. F’dan is-Shoot-Off rajna lil Manuel Rutin jirbah lit-Tiratur Balzani Antonello Vidal.  Ir-Rebbieha kienu hekk:

Tiraturi Hal Balzan 1. Antonello Vidal, 2. Charles , 3. Robert Booker
Tiraturi Barranin 1. Manuel Rutin, 2. Ewgenju, 3. Noel (Bikri)
Best Overall – Manuel Rutin
Best Kazin tal-Banda San Gabriel – George Mifsud

Prosit u grazzi lil dawk kollha li hadu sehem.  Xi haga interessanti li rajna f’din l-iSparatura fuq il-Plattini hi diversi Balzanin kienu qed jisparaw ghall-ewwel darba, kif ukoll rajna Balzanin ohra juruna t-talenti taghhom fl-isparar ghall-Plattini.

21 ta' Mejju - Foosball Tournament fil-Kazin.

Rebbieha f'isem il-Kazin huma Kenneth Fenech u Simon Barbara...

 

8 ta' Mejju – 7.30pm. Programm Muzikali …mill-Banda San Gabriel taht il-Patrocinju tal-Ecc. Tieghu l-President Emeritus Dr. Ugo Mifsud Bonnici fis-Sala tal-Iskola Stella Maris, Hal Balzan. Wara l-President Emeritus jigi mistieden fis-sala principali tas-Socjeta` biex jiffirma l-ktieb tal-vizitaturi. Nitolbukom tahsbu kmieni minhabba li s-Sala tesa 200 siggu. Narawkom.

7 ta' Mejju – 8.30pm. Get Together …fil-gnien tal-kazin, DHUL B’XEJN. Live Music u diversi promotions ta’ birer u nbid. Rigali x’jintrebhu!  

6 ta' Mejju – 7.30pm. Hal Balzan illum, aspetti tal-hajja socjali u religjuza tar-rahal …diskussjoni mmexxija mill-istoriku Balzani, Carmel Bezzina. Kienu mistiedna specjali rapprezentanti tal-kazini, ghaqdiet u gruppi.  

5 ta' Mejju – 7.15pm. Serata Muziko – Letterarja …fil-gnien tal-kazin bis-sehem tal-bandisti u l-allievi tas-Socjeta`. Mistiedna kienu wkoll il-genituri. Nqraw partijiet mill-istorja tas-Socjeta’. Inghatat tifkira tad-90 Sena b’xejn lill-bandisti u l-allievi.

5 ta' Mejju – 9.15am. Harga bit-tombla - Buffet Breakfast …fl-okkazjoni ta’ Jum l-Omm, organizzata mis-Sotto Kumitat Nisa, fis-Solana Hotel il-Mellieha. Private titlaq minn hdejn il-knisja fid-9.15am. Tinghata tifkira tad-90 Sena u ta' Jum l-Omm b’xejn, lil dawk li jattendu.

4 ta' Mejju – 8.15pm. Prezentazzjoni tal-ktieb u CD …fil-kazin. Il-Ktieb 90 Sena Socjeta` mahrug ghall-okkazjoni mill-awtur Silvio Cassar, kif ukoll tigi ntroddotta CD gdida b’marci brijuzi 2010 fil-prezenza tal-Kumitati tas-Socjeta`, il-Presidenti u l-Membri Onorarji.

4 ta' Mejju – 8.30am. Harga ghal anzjani …l-ewwel quddiesa tal-parrocca tat-8.30am u wara telqet il-Private mill-pjazza ghal harga kulturali ghall-Kastell Dei Baroni fil-Wardija. Wara kielu flimkien l-ikla ta’ nofsinhar fir-Restaurant La Sorpresa Bugibba. Inghatat tifkira tad-90 Sena b’xejn,
lil dawk li attendew.

3 ta' Mejju – 7.15pm. Quddiesa …ta’ radd il-hajr fil-gnien tal-kazin. Il-quddiesa kienet ikkoncelebrata mill-Kappillan Rev. Dun Kalcidon Vassallo. Ha sehem l-Kor tal-Parrocca Ave Marija mmexxi mis-Surmast Balzani Lawrence Scicluna. Wara tkanta t-Te Deum bhala ringrazzjament. Qabel il-quddies kien hemm is-servizz tal-qrar. Lejla ta’ nostalgija …wara l-quddies segwejna flimkien diversi filmati mill-festi tal-Lunzjata tal-Imghoddi, fil-kazin fosthom il-Festa tac-Centinarju tal-Knisja tal-1969.

2 ta' Mejju – 10.15am. Cerimonja Simbolika …tlugh tal-bandiera tas-Socjeta` fuq il-bini l-gdid tal-kazin mis-Segretarju Saviour Deguara. Sar ukoll it-tberik tal-Kazin u l-bini l-gdid mill-Kappillan tas-Socjeta` Rev Dun Kalcidon Vassallo. Ftuh ta’ wirja marjana …wara t-tlugh tal-bandiera. Il-President tas-Socjeta` Lino Borg  inawgura Wirja Marjana fil-kazin. Il-wirja kienet imbierka mill-Kappillan Dun Kalcidon Vassallo. Il-wirja ser tibqa` miftuha sas-Sibt 8 ta’ Mejju 2010.

Aghfas hawn biex tara VIDEO!

1 ta' Mejju – 8.30pm. Festa Warm Up …fil-Kazin tal-Banda San Gabriel. Menu – Apetizers, Timpana, Desserta, Inbid u luminata. Jakkumpanja s-serata kollha DJ ta’ Radio Calypso John Muscat.

24 ta' April - Niehdu sehem fil-Maratona ta' Puttinu Cares.
Is-Sotto Kumitat Zghazagh San Gabriel ha sehem fil-Maratona ta’ Puttinu Cares gewwa l-Marsa Grounds bejn il-Gimgha 23 u l-Hadd 25 ta’ April 2010. Il-hin allokat ghalina kien is-Sibt 24 ta' April bejn l-10pm u nofsillejl bl-loghba futbol bejnietna u offrejna donazzjoni ta'  210.73.

18 ta' April - Il-Banda San Gabriel isellem lil Papa Benedittu XVI f'Hal Balzan!
Il-Hadd 18 ta' April 2010, il-Banda San Gabriel selmet b'daq ta' marci volanti u marjani lil Papa Benedittu XVI ghaz-zjara tieghu f'Malta. Ghalkemm it-temp ma kienx wiehed sabih, giet armata tinda sabiex dak li kien pjanat issir, sar. Kien ghal habta ta' 8.45am meta l-Banda bdiet tallegra nies prezenti, jistennew l-wasla tal-Papa. L-atmosfera fost il-hafna nies kienet tinhas sewwa. Fl-9.45am l-Papa Benedittu XVI ghada minn De Paule Avenue u Triq Birbal f'Hal Balzan fost id-daqq tal-Banda San Gabriel u l-ferh tan-nies.

11 ta' April - Jum Hal Balzan, Jum il-Komuita' Balzanija!
Il-Hadd 11 ta' April 2010, Jum Hal Balzan. Bhas-snin li ghaddew il-Kunsill Lokali Balzan organizza dan il-jum ta' tifkira.

> 8.30am Quddiesa u wara ghoti tal-Premju Gieh Hal Balzan lis-Sur George Borg.
> 9.15am Tlugh ta' Bandiera fil-Pjazza.

Il-Kazin tal-Banda San Gabriel jifrah lis-Sur George Borg, President tal-Balzan Youths Football Club, ta' l-unur li ser jinghata, Gieh Hal Balzan 2010. Il-Kazin tal-Banda San Gabriel kien fost dawk li tefaw in-nomina ghal din l-persuna li tahdem ghar-rahal ta' Hal Balzan. Nawgurawlu aktar hidma u GRAZZI mill-gdid!!!

 

27 ta' Frar - Varjeta u Tombla fis-Sala Aurora b'risq in-Nar tal-Festa 2010...

15 ta' Frar - Party tal-karnival ghat-tfal.

12 ta' Frar - Party tal-karnival.

29 ta' Jannar - Spare Ribs Night... FULLY BOOKED - GRAZZI!

19 ta' Jannar - Harga organizzata mis-Sotto Kumitat Nisa.

24 ta' Dicembru - Purcissjoni tal-Bambin bis-sehem tal-Banda.

 

20 ta' Dicembru - Tqassim tar-rigali minn Father Christmas b'risq l-ISTRINA 2009.

18 ta' Dicembru - Buffet Dinner Dance tal-Milied.

4 ta' Dicembru - Chicken Kebab Night fis-Sala Aurora.

13 ta' Novembru - Ikla fil-Kazin b'risq il-Festa.

8 ta' Novembru - Nzuru Cimiterju ta' Hal Balzan u Hal Lija.

25 ta' Ottubru - Laqgha Generali Annwali.

27 ta' Settembru - Open Day u show tal-muturi.

26 ta' Settembru - Majjalata - Ikla fil-Kazin.