Last Updated
Tuesday, 31 August 2010





...ghafas hawn ghal Formola ta' Applikazzjoni

Aghfas hawn taht biex tara r-rapport tal-Festi...

Il-Kazin tal-Banda San Gabriel tonora lil Gabriel Caruana
P1010048.JPG (639382 bytes)

Certificat tal-Papa 1979

Valent Azzopardi

Robbie Farrugia


Progett ta' Bini Gdid fil-Kazin --- Ghafas hawn taht (MERHBA) biex tara Video Clip!!!

Donazzjonijiet b'risq
il-Progett ta'
Bini Gdid fil-Kazin

€5.00 = Lm2.15

fix-xahar ghal perjodu ta' tnax il-xahar,

Jannar 2010 sa Dicembru 2010

Grazzi bil-quddiem!


|CD 2007 Lm3.50 / €8.15 - Ghafas fuq l-isem ta' diska hawn taht biex tisma "sample"...

1. Is-Sliem
2. It-Thabira
3. O Marija Annunzjata
4. Innu Marc San Gabriel
5. O Marija Annuzjata (Remix)
6. O Marija Annunzjata (Instrumental)





Use Advanced Search

Make us your
Homepage



...SPONSORS

Photography with Style by Christopher Azzopardi



 

Ahbarijiet u Attivitajiet


Settembru - Gheluq snin il-membri tal-Kazin - Settembru...
Xewqat sbieh f’gheluq sninek, minghand il-President, il-Kumitat u l-Membri.
 

Isem tal-membru

Data

Member N0.

Victor Muscat

02

26

Joseph Woodhouse Scicluna

03

73

Maurice Pellegrini

04

216

Saviour Deguara

04

1

Stefan Borg Manduca

08

218

George Mifsud

12

24

Matthew Mifsud

15

20

Tony Caruana

30

128

22 ta' Awwissu - Servizz mill-Banda San Gabriel.
Nhar il-Hadd 22 ta' Awwissu 2010, fis-7.30p.m. il-Banda San Gabriel ta’ Ħal-Balzan ghamlet marċ minn Triq il-Vitorja (Ħdejn il-Midħna), Triq il-Kbira Ħas-Sajjied, Triq il-Kbira, Triq Brared, Triq Gianni Borg, Triq l-Isqof Labini, Triq Rigu, Triq il-Kbira sal-Pjazza Sant’Elena fejn il-Banda San Gabriel għamlet Programm Mużikali fuq il-planċier taħt id-Direzzjoni tas-Surmast Joe Vella.

21 ta' Awwissu - Fuq quddiem biex nippromovu l-muzika lokali...
KUNCERT LIVE MILL-GRUPP THE RIFFFS U RED ELECTRICK GEWWA L-KAZIN TAL-BANDA SAN GABRIEL – HAL BALZAN.

Success Assolut… Atmosfera Brillanti … Inizjattiva Perfetta.

 

Aktar ritratti fuq facebook... (Part1) (Part 2)

19 ta' Awwissu - Ikla Maltija fil-Kazin.

17 ta' Awwissu - L-ahhar tislima lill-Mario Dimech, fil-Mosta.
Il-Kazin tal-Banda San Gabriel - Hal Balzan A.D. 1920 ha sehem bl-istandart tieghu fil-korteo tal-funeral ta' Mario Dimech, Mosti li miet tragikament fi spluzzjoni qawwija li sehhet fil-Kumpless tan-Nar 15 ta' Awwissu li jinsab gewwa d-Dwejra nhar il-Gimgha 13 ta' Awwissu 2010. Il-Kazin tal-Banda San Gabriel - Hal Balzan A.D. 1920 juri s-soghba tieghu f'dan il-hin difficli u fl-istess hin juri s-solidarjeta' mal-Ghaqda Piroteknika 15 ta' Awwissu - Mosta. 

Aghtih O Mulej il-mistrieh ta' dejjem....

16 ta' Awwissu - L-ahhar tislima lill-President Emeritus Profs. Guido de Marco.
Il-Kazin tal-Banda San Gabriel – Hal Balzan A.D. 1920 jinghaqad mal-poplu Malti sabiex jaghti l-ahhar tislima lill-President Emeritus Profs. Guido de Marco li miet il-Hamis 12 t’Awwissu 2010.  Il-Profs de Marco kien zar il-Kazin taghna nhar il-Hadd 29 ta’ Settembru 2002 jum il-festa liturgika tal-Arkanglu San Gabriel u fis-sena li l-Banda San Gabriel kienet qed ticcelebra l-50 sena mit-twaqqif. 

Aghtih O Mulej il-mistrieh ta’ dejjem…

14 ta' Awwissu - Kondoljanzi...
Il-Kazin tal-Banda San Gabriel Hal Balzan, nixtiequ naghtu l-kondoljanzi lir-rahal tal-Mosta, kif ukoll lill-familjari tal-vitma Mario Dimech (il-Bigilla) li sfortunatament kienu involut f’incident fil-Kamra tan-Nar tal-Mosta, f' 13 ta' Awwissu 2010. RIP

4 ta' Awwissu - Festa ta' dawl - Times of Malta.com

Awwissu - Gheluq snin il-membri tal-Kazin - Awwissu...
Xewqat sbieh f’gheluq sninek, minghand il-President, il-Kumitat u l-Membri.
 

Isem tal-membru

Data

Member N0.

Daniel Abela

02

207

Lino Pisani

07

32

Ninu Muscat

03

84

Silvio Cassar

03

64

Gaetano Psaila

08

95

Stephen Briffa

13

142

Ian Muscat

13

44

Joe Galea

14

55

Joseph Muscat

19

193

Spiridiono Vella

22

50

Arsenio Brincat

26

4

Renald Gauci

30

42

Feature dwar 90 Sena Socjeta` / Storja

1 ta' Awwissu - Festa tal-Lunzjata f'Hal Balzan 2010...
Il-Festa tal-Lunzjata 2010 irrizultat f’SUCCESS ASSOLUT... ATMOSFERA ECCELLENTI... BRIJU EZEMPLARI... Jikkonferma dan il-Programm Forcina li gie trasmess dirett fuq Net TV. 

Il-Banda San Gabriel uriet potenzjal kbir u ghal darb’ohra assistejna ghal Programm Muzikali iehor organizzat minn kull lat taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Joseph Vella.  Is-silta Music ta’ John Miles, il-Banda San Gabriel kienet akkumpanjata mil-loghob tan-nar u nghaqad ukoll il-kantant Ludwig Galea u tfal immexxija minn Helen Bonett u Michelle Spiteri.  Prosit tmur ukoll lejn l-Assistant Surmast Mro. Tony Carbonaro li hadem qatigh ghas-success f’dan il-Programm.  Grazzi lid-duo comperes Marlene Abela u Joe Vella li mexxew il-Programm bil-qari dwar l-istorja u taghrif iehor.  Dan il-Programm Muzikali sar parti mill-kalendarju tal-Balzanin u dilettanti ohra nhar it-tieni jum tat-Tridu.  Zuntier mimli u parti mit-triq mimlija wkoll….dan kollu juri li l-Banda San Gabriel hija mfittxija.  Irridu nsemmu li dan il-Programm Muzikali kien jahbat it-tielet Programm Muzikali f’din is-sena biss!  U dejjem hrigna bl-unuri.  Prosit lil dawk kollha li huma nvoluti f’dan is-success tal-Banda San Gabriel.

Il-Banda San Gabriel fethet il-festi titulari t-Tnejn 26 ta’ Lulju 2010 permezz tal-Ave Maria waqt li l-istatwa tal-Lunzjata nharget min-nicca.  Wara sar marc maty-toroq Balzanin.  Il-marc tal-Ahhar tat-Tridu….imsejjah il-marc tal-Anglu zvolga f’marc brijuz u wera l-kapacita’, il-qawwa u l-popolarita’ tal-Banda San Gabriel.  Is-sorprizi ma naqsux!  Bandalora artistika, Lunzjata bl-antaccjoli, bziezaq jiffurmaw id-90 sena u prezentazzjoni eccellenti mimlija taghrif, ritratti u filmati dwar it-twaqqif tas-Socjeta’ 90 sena ilu.  Il-qofol ta’ kollox kien it-tlugh tal-istatwa tal-Arkanglu Gabriel fuq il-pedestall hdejn il-Kazin.  L-ahhar impenn tal-Banda San Gabriel kien meta akkumpanjat il-purcissjoni bl-istatwa tal-Lunzjata n-naha ta’ fuq tar-rahal.  Imbaghad kompliet bil-marc hekk imsejjah tal-Ahhar fost l-ahhar briju tal-festa 2010.

F’Lejliet il-Festa nsibu l-Banda Sant’Elena ta’ B’Kara li ghamlet marc fit-toroq Balzanin.  Il-Banda Stella Maris ta’ Tas-Sliema ghamlet il-marc qabel il-purcissjoni u daqqet l-Ave Maria fil-hrug tal-istatwa tal-Lunzjata akkumpanjata mit-tenur Andrew Sapiano.  Irridu nsemmu li matul il-purcissjoni tkantaw diversi Ave Maria.  Insibu lil Malcolm Camilleri, lil Renato u ohtu Helen Micallef, lic-ckejkna Michaela Agius u finalment waqt id-dhul Elia Cassar kanta l-Ave Maria.  Inizjattivi li ta min ifahharhom!

Il-loghob tan-Nar tal-Art ta gost lil min attenda, grazzi tal-koperazzjoni lil dawk li fhemuna mal-ewwel sabiex inzommu d-distanzi mponuti fuqna.  Urejna lil Malta kollha li ahna poplu civili u nobdu r-regoli kollha!  Il-programm tal-loghob tan-nar, minkejja li kien limitat, kien wiehed li offra gost lil dawk kollha li gew jifirhu maghna proprju fic-centru tar-rahal ta’ Hal Balzan.

U xi nghidu ghall-festa interna.  Funzjonijiet addattati u muzika mmexxija mill-Balzani Lawrence Scicluna tat gost lil dawk li attendew.  L-Antifoni ‘Spiritus Sanctus’ u Gabriele Angelus” tal-Familja Nani tinduna x’kobor ta’ muzika thaddan il-Parrocca taghna.  Il-kummenti sbieh li smajt dwar l-eleganza tal-Knisja Parrokkjali juri kemm il-Balzanin habbew dan il-monument Balzani.  Prosit lil Valent Chetcuti u t-tim tieghu ghat-tizjin tal-Knisja.  U rrid nizzi hajr ghall-Prima Messa tal-qassis novell Dun Blake Camilleri, li l-Parrocca ilha 36 sena (l-ahhar li lehaq kien Dun Mattew Magro) ma tara qassis djocesan jilhaq minn Hal Balzan.  U bix-xieraq il-Banda San Gabriel tat sehma flimkien mal-Banda Marija Annunzjata billi waslitu fil-Knisja Parrokkjali dakinhar tal-Prima Messa.  Awguri Dun Blake!

Grazzi lil dawk kollha li taw il-kontribut taghhom sabiex tirnexxi l-festa ad unur Marija Annunzjata.  Grazzi lil dawk li gew jifirhu maghna.  B’xorti tajba, il-poplu Malti kellu l-opportunita’ jsegwi wkoll il-festa 2010 permezz tal-Programm FORCINA li gie trasmess fuq Net TV.  Proprju l-Programm FORCINA kkonferma s-success assolut tal-Festa f’gieh Marija Annunzjata ccelebrata f’Hal Balzan.

17 ta' Lulju sa 1 ta' Awissu - Programm tal-Festa 2010.
Aghfas hawn biex tara l-Programm tal-Festa ta' Marija Annunzjata 2010 mahrug mill-Kazin tal-Banda San Gabriel f' Hal Balzan...

1 ta' Awwissu - Jum il-Festa.

 

31 ta' Lulju - Lejliet il-Festa.

 

30 ta' Lulju - Marc ta' l-Anglu.

 

29 ta' Lulju - Marc u Programm Vokali u Strumentali mill-Banda San Gabriel.

 

28 ta' Lulju - Wine & Beer Festival fil-bitha tal-Kazin.

 

27 ta' Lulju - Il-Kuncerti bi preparamenti ghall-Programm Vokali u Strumentali.

26 ta' Lulju - Hrug minn nicca u marc mill-Banda San Gabriel.

 

25 ta' Lulju - Tombla Night Party.

24 ta' Lulju - Pasta Night.

 

24 ta' Lulju - Zjara l-Anzjani f'Casa Antonia, Hal Balzan.

 

23 ta' Lulju - Riceviment.

 

22 ta' Lulju - Il-Kuncerti bi preparamenti ghall-Programm Vokali u Strumentali.

21 ta' Lulju - Zjara lill-Prim Ministru ta' Malta Dr. Lawrence Gonzi.

 

20 ta' Lulju - Tahdita minn Carmel Bezzina fil-Kazin.
It-Tlieta 20 ta’ Lulju 2010 saret intervista gewwa l-Kazin tal-Banda San Gabriel mill-istoriku Balzani s-Sur Carmel Bezzina lill-muzikologu Joe Vella Bondin.  Din l-intervista zviluppat f’wahda nteressanti ferm dwar il-muzika ta’ Nani u r-rabta bejn il-Familja Nani u l-festa tal-Lunzjata.  Is-Sur Vella Bondin ta deskrizzjoni vasta dwar il-bidu tal-konnessjoni tal-Familja Nani mal-Parrocca taghna, kif ukoll ta harsa dwar l-istil taz-zewg Antifoni ‘Spiritus Sanctus’ ta’ Dr Paolo Nani fl-1875 u ‘Gabriele Angelus’ ta’ ibnu Mro Antonio Nani fl-1916.  Tqajmu diversi punti, fosthom kif mill-muzika tal-Familja Bugeja bejn is-sena 1850 u l-1871, il-Parrocca hatret bhala Maestro di Cappella lil Dr. Paolo Nani.  Rajna u smajna z-zewg Antifoni wkoll.  Fi tmiem is-serata, il-President taS-Socjeta’ pprezenta lis-Sur Joe Vella Bondin il-Ktieb 90 Sena ta’ Storja flimkien ma’ CD gdida ta’ marci brijuzi lis-Sur Carmel Bezzina.

 

19 ta' Lulju - Il-Kuncerti bi preparamenti ghall-Programm Vokali u Strumentali.

17 ta' Lulju - Il-Festa bdiet tinhass...
Is-Sibt 17 ta’ Lulju 2010 immarka l-bidu tal-festi f’Hal Balzan ad unur Marija Annunzjata li tilhaq il-qofol taghha l-Hadd l-1 t’Awwissu.  Fil-bitha tal-Kazin tal-Banda San Gabriel sari l-BBQ annwali f’atmosfera festiva u sajfija.  Il-festa bidet tinhass fil-qrib…ejjew inkomplu niccelebraw.

 

14 ta' Lulju - Il-Kuncerti bi preparamenti ghall-Programm Vokali u Strumentali.

9 ta' Lulju - Lejla Balzanija...
Nhar il-Gimgha 9 ta' Lulju 2010 ser issir Lejla Balzanija fil-pjazza ta' Hal Balzan, qabel il-Festa ta' Marija Annunzjata. Din ser tkun organizzata mill-Kunsill Lokali Balzan. Ikel, xorb, tombla u varjeta mis-7.00pm il-quddiem. Mistieden specjali JOE CUTAJAR
u diversi kantani oħra - Graziella Vella, Jonathan Vella, Daniel Muscat, Melanie, Jasmine Camilleri, Jennifer, Elvis Animator, Glynnies Bonnici. Kif ukoll zeffienia - Gilbert u Mariona, Shania Caruana u Shamiani Curmi Grech. Mhux ser jkunhemm loghob tal-World Cup f'din il-gurnata. Narawkhom!

8 ta' Lulju - Ktieb tal-Festa 2010...ONLINE!

5 ta' Lulju - Zjara lill-E.T. Mons. Arċisqof Pawlu Cremona.
Fl-okkażjoni mid-90 Anniversarju mit-twaqqif tal-Każin tal-Banda San Gabriel ta’ Hal Balzan, delegazzjoni mill-istess Każin għamlet żjara ta’ kortesija lill-ET Mons. Arċisqof Pawlu Cremona fir-residenza tiegħu f’Attard.  Il-President tas-Socjeta’ s-Sur Lino Borg introducih mal-membri preżenti.  Imbagħad is-Sur Silvio Cassar, l-awtur tal-ktieb ‘90 SENA TA’ STORJA’ ipprezenta kopja lill-Mons. Arċisqof fejn barra li awgura lill-istess awtur sabiex jibda jaħseb għall-Ktieb tal-100 sena, feraħ għall-ħidma volontarja mill-istess membri u awgura li fuq kollox irridu nibqgħu nħarsu l-festi tagħna mil-lat ta’ spirtu nisrani.

4 ta' Lulju - Boat Party biex jingabru flus ghan-Nar tal-Festa 2010...

3 ta' Lulju - Tizzejjen il-Faccata tal-Knisja ghall-Festa 2010.
L-armar tal-faccata tal-Knisja Parrokkjali tqieghed postu. Sa minn kmieni filghodu, grupp sabih ta' dilettanti kienu jinsabu fuq iz-zuntier tal-Knisja jaghtu daqqa t'id sabiex kollox jimxi kif suppost. L-entuzjazmu tal-festa ga jinhass!

 

2 ta' Lulju - Jaslu l-flokkijiet tal-Festa 2010 l-Kazin... €5.00

1 ta' Lulju - Bandiera gdida ghall-Festa ta' Marija Annunzjata.
Bandiera gdida ghall-Festa ta' Marija Annunzjata fl-1 ta' Awwissu 2010. Disinn u Sfumar Albert Borda, Pittura Michael Mifsud u Hjata Helen Bonett.

 

1 ta' Lulju - Illum xahar qabel il-Festa 2010.
Ezat bhal llum xahar tkun l-Festa ta' Marija Annunzjata gewwa Hal Balzan, fl-1 ta' Awwissu 2010. Il-preparamenti jinsabu fl-aqwa taghhom. Nheggu lil kullhadd biex minn jista jofri l-ghajnuna. Ejjew ha niccelebraw festa ohra mill-sbah gewwa Hal Balzan kif jixraq lil ommna Marija Annunzjata.

1 ta' Lulju - Attivita ohra bejn l-Ghaqdiet tar-Rahal ghall-Festa 2010...

Aghfas hawn biex tara ritratti

Lulju - Gheluq snin il-membri tal-Kazin - Lulju...
Xewqat sbieh f’gheluq sninek, minghand il-President, il-Kumitat u l-Membri.
 

Isem tal-membru

Data

Member N0.

John Borg

01

161

Carmel Stafrace

01

45

Gorg Muscat

06

23

Joseph Cutajar

07

71

Carmel Mallia

09

59

Joseph Attard

09

118

Joseph Azzopardi

09

133

Mario Nappa

11

212

Enio Semionato

19

182

Andre Vassallo

20

119

Valent Chetchuti

21

120

David Lia

23

19

Edwin Borg

26

143

Joseph Goodlip

27

209

Joseph Gambin

28

183

Jimmy Galea

28

65

30 ta' Gunju - Jasal il-Kazin, il-Ktieb tal-Festa 2010.
L-Erbgha 30 ta' Gunju jasal il-Kazin il-Ktieb tal-Festa 2010... Xaghar qabel il-Festa. Prosit lil John Pullicino, l-edittur ta' dan il-Ktieb li ghal sena ohra qed naraw ktieb mimli nformazzjoni, artikli u ritratti. Dan il-Ktieb issa ser jitqassam fid-djar ta' Hal Balzan kollha u jingabru donazzjonijiet b'risq il-Festa 2010. Nheggukhom tkunu generuzi bhal dejjem. Grazzi. 

28 ta' Gunju - Paella Night...SUCCESS!!!

 

28 ta' Gunju - Zjara lill-Kap tal-Partit Laburista - Joseph Muscat.
It-Tnejn 28 ta’ Gunju 2010 saret zjara lill-Kap tal-Partit Laburista, Joseph Muscat fil-Hamrun.  Din iz-zjara saret sabiex jinghata l-Ktieb ‘90 SENA TA’ STORJA’. Id-delegazzjoni tal-Kazin tal-Banda San Gabriel kienet immexxija mill-President tas-Socjeta’ s- Sur Lino Borg, is-Segretarju Saviour Deguara, membri tal-Kumitat Jesmond Aguis u Gorg Mifud, kif ukoll Silvio Cassar. 

 

19 ta' Gunju - Il-President Emeritus Dott. Ugo Mifsud Bonnici fi zjara fil-Kazin.
Il-President Emeritus Dott. Ugo Mifsud Bonnici u s-Sinjura tieghu ghamlu zjara ta’ kotesija fil-Kazin tal-Banda San Gabriel nhar il-Gimgha 18 ta’ Gunju 2010.  Il-President tas-Socjeta’ s-Sur Lino Borg laqa’ lill-President Emeritus u s-Sinjura tieghu u introducih mal-membri prezenti.  Fid-diskors tieghu s-Sur Borg ghamel riferenza dwar il-Kappillan Amabile Sisner, Bormliz ghaqli li fi zmienu twaqqaf ic-Circolo San Gabriele.  Imbaghad Silvio Cassar ta kopja tal-Ktieb 90 Sena ta’ Storja lil Dott. Mifsud Bonnici u tkellem dwar xi punti mill-istess ktieb.  Il-President Emeritus fahhar din l-inizjattiva letterarja u qal li dawn huma modi sbieh ta’ kif wiehed juri minn xiex ghaddiet is-Socjeta’ tul iz-zminijiet.  Il-President is-Sur Lino Borg ta wkoll CD gdida ta’ marci brijuzi lill-President Emeritus.  Imbaghad zar il-Progett ta’ bini gdid u apprezza ferm dak kollu li l-Kazin taghna rnexxielu jwettaq tul dawn id-90 sena.

 

17 ta' Gunju - Zjara lill-President tar-Repubblika.
Il-Hamis 17 ta’ Gunju 2010 saret zjara ta’ kortesija lill-Ecc. Tieghu President tar-Repubblika Dott. George Abela fil-Palazz il-Belt Valletta.  Din iz-zjara saret sabiex jinghata l-Ktieb ‘90 SENA TA’ STORJA’. Id-delegazzjoni tal-Kazin tal-Banda San Gabriel kienet immexxija mill-President tas-Socjeta’ s- Sur Lino Borg.  Attendew ukoll l-Ufficjali l-ohra tas-Socjeta’, is-Segretarju s-Sur Saviour Deguara u l-Kaxxier is-Sur Ray Debono.  Attendew ukoll il-membri tal-Kumitat is Sur Renald Gauci u S-Sur Joe Muscat.  Kien hemm rapprezentant mis-Sotto-Kumitat Zghazagh is-Sur Luke Panzavecchia.  Maghhom kien hemm l-awtur tal-Ktieb is-Sur Silvio Cassar. Il-laqgha zvolgiet wahda interessanti ferm bil-President Dott. G. Abela jfahhar din l-inizjattiva u sahaq li dan hu rigal li jista’ jithalla lil ta’ warajna sabiex ikunu jafu t-tluq tas-Socjeta’.  L-awtur Silvio Cassar tenna fil-qosor ir-ricerka fonda li ghamel fl-ewwel zminijiet tat-twaqqif 90 sena ilu.  Fl-ahharnett il-President tas-Socjeta’ stieden lill-President sabiex fil-gejjieni jattendi gewwa l-Kazin taghna halli jara mill-qrib il-hidma attiva kulturali u muzikali li tkun ghaddejja s-sena kollha gewwa s-Socjeta’ taghna. Esperjenza mill-isbah ghal din is-Socjeta’.  Kburin li qed inkomplu l-istorja!





17 ta' Gunju - Flokijiet tal-Festa 2010.
Bhal kull sena ghall-okkazzjoni tal-Festa ta' Marija Annunzjata gewwa Hal Balzan issiru flokkijiet tal-Festa. Din is-sena il-flok ser ikun blu u l-stampa li ser tintuza fuq quddiem hija logo ta' 90 sena bil-kulur. Il-Flokkijiet mistennija jaslu l-Kazin ghall-bejgh lejn l-ahhar ta' Gunju 2010 u ser ikunu qed jinbijaw ghall-prezz ta'
€5.00. Ringrazjament ukoll ghall-sponsors ta' dan il-flok, li ser ikun fuq wara tal-flok, li huma Deguara Ironmongery u Bartoline Paints.

17 ta' Gunju - Il-Ktieb tal-Festa jinsab fl-ahhar irtokki.
Ta' kull sena il-Kazin tal-Banda San Gabriel jiehu hsieb li jippublika l-Ktieb tal-Festa. Sena wara l-ohra dejjem izzid fil-livell. Ktieb li jkun mimli informazzjoni u ritratti ta' interess. Din is-sena bla dubju bhas-snin ta' qabel ser naraw Ktieb iehor ta' livell professjonali ghal kull delitant li hawn. Il-Ktieb issa huwa komplut u kull ma jonqsu l-ahhar irtokki qabel jghaddi ghall-printing u fl-ahhar jassal ghandkom. Il-quddiem tkunu tistaw taraw l-Ktieb tal-Festa 2010 anke minn fuq il-website bhas-snin ta' qabel.

17 ta' Gunju - Il-Kuncerti bi preparamenti ghall-Programm Vokali u Strumentali.
bullet

L-Erbgha 14 ta' Lulju f'7pm

bullet

It-Tnejn 19 ta' Lulju f'8pm

bullet

Il-Hamis 22 ta' Lulju f'7.15pm

bullet

It-Tlieta 27 ta' Lulju f'7pm (Kuncert Generali)

15 ta' Gunju - Harga organizzata mis-Sotto Kumitat Nisa.
Is-Sotto Kumitat Nisa ser jorganizza harga bit-tombla, Ghar Lapsi, nhar it-Tlieta 15 ta' Gunju 2010 fid-9.00am ghall-prezz ta' €7.

_____________________________________

Kun parti mill-iStorja tal-Kazin tal-Banda San Gabriel
Hal Balzan A.D.1920 - VO/0127.

Gbir ta' fondi ghall-madum tas-Sala l-Gdida.
Kull kaxxa (sq. mtr.) tiswa 25 ewro. Inkarigati: Joe Attard u Joseph Spiteri.
GHINNA NKOMPLU NWETTQU L-HOLMA TAGHNA!!!

Il-kaxxi sofor huma migbura sal-11 ta' Gunju 2010 - GRAZZI

155 kaxxa migbura - 3,875     /     30 kaxxa fadal x'jingabru - €750

__________________________________

9 ta' Gunju - Coffee Morning.
Coffee Morning nhar il-Erbgha 9 ta' Gunju, 2010 fil-Kazin ghall-habta tad-9.00am. Prezz €2.50.

6 ta' Gunju - Sparatura Plattini. Ritratti aghfas hawn...
L-iSparatura tal-Plattini li saret f’Magru Range gewwa l-Virtu’ l/o Rabat irrizultat f’wahda kumbattuta tant li fil-final rajna Tiratur Balzani johodha kontra Titarut Tarxiniz. F’dan is-Shoot-Off rajna lil Manuel Rutin jirbah lit-Tiratur Balzani Antonello Vidal.  Ir-Rebbieha kienu hekk:

Tiraturi Hal Balzan 1. Antonello Vidal, 2. Charles , 3. Robert Booker
Tiraturi Barranin 1. Manuel Rutin, 2. Ewgenju, 3. Noel (Bikri)
Best Overall – Manuel Rutin
Best Kazin tal-Banda San Gabriel – George Mifsud

Prosit u grazzi lil dawk kollha li hadu sehem.  Xi haga interessanti li rajna f’din l-iSparatura fuq il-Plattini hi diversi Balzanin kienu qed jisparaw ghall-ewwel darba, kif ukoll rajna Balzanin ohra juruna t-talenti taghhom fl-isparar ghall-Plattini.

2 ta' Gunju - Bdew l-preparamenti ghall-armar tal-Festa 2010 fit-toroq.
Propju nhar l-Erbgha 2 ta' Gunju 2010 bdew l-preparamenti ghall-armar tal-Festa fit-toroq.  Dawk kollha li jixtiequ jinghaqdu maghna, javvicinaw lil xi membru tal-Kumitat. Nirringrazjaw lil kull minn b'xi mod jew iehor joffri kwalunkwe ghajnuna. Grazzi.

Gunju - Gheluq snin il-membri tal-Kazin - Gunju...
Xewqat sbieh f’gheluq sninek, minghand il-President, il-Kumitat u l-Membri.
 

Isem tal-membru

Data

Member N0.

John Bellizzi

01

81

Joseph Saliba

02

17

Trevor De Giorgio

02

206

Pierre Fenech

07

160

Daniel Borg

07

155

Joseph Callus

10

156

Charles Borg

10

154

Clint Pullicino

12

215

Anthony Briffa

20

57

Matthew Lia

21

153

Joseph Falzon

24

15

Jean Paul Buttigieg

25

152

Stefan Aguis

27

141

Joseph Borg Theuma

30

35

Marvin Aguis

30

217

27 ta' Mejju - Donazzjoni ta' tappijiet tal-plastic.
Il-Hamis 27 ta’ Mejju 2010 morna b’madwar 80,000 tappijiet fic-Centru ta’ Persuni b’Dizabilita’ li jinsab fl-Imtarfa.  Dawn  ingabru mill-membri tal-Kazin stess.  M’hemmx dubju li dan hu gest iehor ta’ solidarjeta’ ghax qed nghinu lil haddiehor u nibzghu ghall-ambjent tal-pajjiz.  Grazzi lil kull min offra l-ghajnuna tieghu.  Min ikollu minn dawn it-tappijiet jista’ johodhom direttament f'dan il-post li semmejt hawn fuq bejn it-Tnejn u l-Gimgha mid-9am sas-1pm. Dan ic-Centru jinsab ‘il gewwa mill-arlogg l-antik tal-Imtarfa.  Grazzi wkoll Malta Hospice Movement ta' Hal Balzan li qalulna fejn ghandna niehdu dawn it-tappijiet. Grazzi lil Kulhadd. 

25, 27 u 29 ta' Mejju - EUROVISION live on BIG SCREEN fil-Kazin!

24 ta' Mejju - Ritratti tal-Kumitat u ferghat fi hdan il-Kazin 2009/2010.

 

21 ta' Mejju - Foosball Tournament fil-Kazin. Ritratti aghfas hawn...

Rebbieha f'isem il-Kazin huma Kenneth Fenech u Simon Barbara...

20 ta' Mejju - Jitlesta pass iehor fit-twettieq tal-holma taghna!

15 ta' Mejju - Servizz tal-Banda - Festa Gwardamangia.
Is-Sibt 15 ta' Mejju l-Banda San Gabriel ghamlet servizz gewwa Gwardamangia ghall-Festa tal-Madonna ta' Fattima. Private telqet mill-Kazin fis-7.00pm. Is-servizz tal-Banda kien mit-8.00pm minn hdejn il-Knisja u spicca fil-11.00pm.

12 ta' Mejju - Coffee Morning.
Coffee Morning nhar il-Erbgha 12 ta' Mejju, 2010 fil-Kazin ghall-habta tad-9.00am. Prezz €2.50.

11 ta' Mejju - Kondoljanzi...
Il-Kazin tal-Banda San Gabriel Hal Balzan, nixtiequ naghtu l-kondoljanzi lir-rahal taz-Zejtun, kif ukoll lill-familjari tal-vitma John Abela (Sagristan) li sfortunatament kienu involut f’incident fil-Kamra tan-Nar 25 ta' Novembru, fl-4 ta' Mejju 2010. RIP

1 - 8 ta' Mejju - Gimgha attivitajiet - 90 Sena Kazin...
Ta’ min jinnota li din is-sena hija sena ferm impenjattiva ghas-Socjeta’ taghna.  Bla dubju huwa xieraq li din l-okkazjoni tad-90 sena tkun sena li niftakru f’dawk li hadmu tul dawn id-90 sena ta’ hajja.  Tajjeb li nghidu li f’dawn id-90 sena, il-Kazin tal-Banda San Gabriel baqa’ s-Socjeta’ ewlenija f’Hal Balzan.  IL-FESTI TAD-90 SENA GEW CCELEBRATI BEJN IS-SIBT 1 TA’ MEJJU U S-SIBT 8 TA’ MEJJU 2010. Ritratti u Videos aghfas hawn... 

April / Mejju - CD Marci 2010, Ktieb ta' 90 Sena, Biros ts' 90 Sena u Pin Badges.

Mejju - Gheluq snin il-membri tal-Kazin - Mejju...
Xewqat sbieh f’gheluq sninek, minghand il-President, il-Kumitat u l-Membri.
 

Isem tal-membru

Data

Member N0.

Andrew Cremona

01

157

Charles Vassallo

06

126

Lino Falzon

11

39

Joseph Paul Borg

13

134

Raymond Mamo

19

220

Charles Muscat

21

86

Charles Borg

24

87

Joseph Spiteri

25

98

Joe Sapiano

27

61

Michael Mintoff

27

62

24 ta' April - Niehdu sehem fil-Maratona ta' Puttinu Cares. Ritratti aghfas hawn...
Is-Sotto Kumitat Zghazagh San Gabriel ha sehem fil-Maratona ta’ Puttinu Cares gewwa l-Marsa Grounds bejn il-Gimgha 23 u l-Hadd 25 ta’ April 2010. Il-hin allokat ghalina kien is-Sibt 24 ta' April bejn l-10pm u nofsillejl bl-loghba futbol bejnietna u offrejna donazzjoni ta'  210.73.

20 ta' April - Harga organizzata mis-Sotto Kumitat Nisa.
Is-Sotto Kumitat Nisa ser jorganizza harga bit-tombla fil-Plaza Hotel, Sliema nhar it-Tlieta 20 ta' April 2010 fid-9.00am ghall-prezz ta' €6.

19 ta' April - Awguri lill-Kazin tal-Banda San Gabriel A.D.1920... 90 sena!
Awguri lill-Kazin tal-Banda San Gabriel f’gheluq sninu... 90 sena.  Kien id-19 t’April 1920 meta nxteghel l-ewwel nar li sar fjamma u llum sar huggiega bil-hidma kbira li ghaddejja specjalment bil-Progett ta’ bini gdid, l-attivitajiet li jsiru minn zmien ghal zmien, il-festa tal-Lunzjata li fadal anqas minn 4 xhur. 

18 ta' April - Il-Banda San Gabriel isellem lil Papa Benedittu XVI f'Hal Balzan! Ritratti u Videos aghfas hawn...
Il-Hadd 18 ta' April 2010, il-Banda San Gabriel selmet b'daq ta' marci volanti u marjani lil Papa Benedittu XVI ghaz-zjara tieghu f'Malta. Ghalkemm it-temp ma kienx wiehed sabih, giet armata tinda sabiex dak li kien pjanat issir, sar. Kien ghal habta ta' 8.45am meta l-Banda bdiet tallegra nies prezenti, jistennew l-wasla tal-Papa. L-atmosfera fost il-hafna nies kienet tinhas sewwa. Fl-9.45am l-Papa Benedittu XVI ghada minn De Paule Avenue u Triq Birbal f'Hal Balzan fost id-daqq tal-Banda San Gabriel u l-ferh tan-nies.

14 ta' April - Coffee Morning.
Coffee Morning nhar il-Erbgha 14 ta' April, 2010 fil-Kazin ghall-habta tad-9.00am. Prezz €2.50.

11 ta' April - Jum Hal Balzan, Jum il-Komuita' Balzanija! Ritratti aghfas hawn...
Il-Hadd 11 ta' April 2010, Jum Hal Balzan. Bhas-snin li ghaddew il-Kunsill Lokali Balzan organizza dan il-jum ta' tifkira.

> 8.30am Quddiesa u wara ghoti tal-Premju Gieh Hal Balzan lis-Sur George Borg.
> 9.15am Tlugh ta' Bandiera fil-Pjazza.

Il-Kazin tal-Banda San Gabriel jifrah lis-Sur George Borg, President tal-Balzan Youths Football Club, ta' l-unur li ser jinghata, Gieh Hal Balzan 2010. Il-Kazin tal-Banda San Gabriel kien fost dawk li tefaw in-nomina ghal din l-persuna li tahdem ghar-rahal ta' Hal Balzan. Nawgurawlu aktar hidma u GRAZZI mill-gdid!!!

8 ta' April - 3 Snin mill-mewt tal-Pirotekniku VALENT AZZOPARDI.
Ezattament kien f’Hadd il-Ghid, 8 ta' April 2007, mal-4.30pm thabbret il-mewt ta’ Valent Azzopardi, Licensee’ tal-Ghaqda tan-Nar San Gabriel u Membru fil-Kumitat Centrali tal-Kazin tal-Banda San Gabriel.  Valent kien ilu aktar minn 60 sena fil-manifattura tal-loghob tan-nar.  U dan dejjem ghamlu mill-qalb sabiex bid-delizzju tieghu jsebbah u jkabbar il-festa tal-Lunzjata li ssir f’Hal Balzan.  Valent ghamel isem f’pajjizna ghax xoghlu kien prodott tajjeb u ghalhekk...aghfas hawn biex tkompli.

6 ta' April - Gimgha Mqaddsa 2010 - Ringrazjament!
Il-Kumitat Centrali jixtieq jrodd hajr lil dawk kollha li b’xi mod jew iehor kellhom sehem fis-success tal-Wirja tal-Gimgha Mqaddsa 2010 kif ukoll fl-organizzazzjoni tal-Purcissjoni ta’ Hadd il-Palm.  Jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li hadu sehem tul il-purcissjoni bid-diversi lbies li rraprezentaw personaggi Bibblici, suldati Rumani, Lhud u ohrajn. Iva, Hal Balzan rega ghex id-dhul ta’ Sidna Gesu’ Kristu f’Gerusalemm permezz ta’ din il-purcissjoni tant sabiha! Grazzi.

Aghfas hawn biex tara r-rendikont tal-Gimgha Mqaddsa 2010, dettaljat.

Dhul
€4931.00 - Hrug €3662.32 = Bilanc + €1268.68

2010 Success kbir >>> GRAZZI lil minn attenda u apprezza l-wirja u l-purcissjoni u GRAZZI lil dawk li offrew l-ghajnuna taghhom kemm f’xoghol u f’donazzjonijiet!

4 ta' April - Rebbieha Lotterija tal-Gimgha Mqaddsa 2010.
Inkwadru ta' l-Ahhar Cena
ntrebah minn Carmen Pace (Biljett abjad 159 Series: PTER). GRAZZI!

4 ta' April  - Purcissjoni Irxoxt f'Birkirkara...

1 ta' April  - Zjara mill-Kap ta' l-Oppozizzjoni Joseph Muscat...

28 ta' Marzu  - Purcissjoni Hadd il-Palm f'Hal Balzan...

24 ta' Marzu sa 2 ta' April - Wirja tal-Gimgha Mqaddsa 2010...

25 ta' Marzu sa 26 ta' Marzu - Zjara ta' aktar minn 500 tfal ta' l-skejjel...

24 ta' Marzu  - Ftuh tal-wirja tal-Gimgha Mqaddsa 2010...

Aghfas hawn biex tara RITRATTI kolla dwar il-Gimgha Mqaddsa 2010 f'Hal Balzan!

April - Gheluq snin il-membri tal-Kazin - April...
Xewqat sbieh f’gheluq sninek, minghand il-President, il-Kumitat u l-Membri.

Isem tal-membru

Data

Member N0.

Emanuel Mifsdud

05

191

John H. Spiteri

06

222

Norbert Borg

06

79

Charles Fenech

08

16

Emanuel Ciappara

08

9

Emanuel Gauci

08

97

Tony Abela

10

47

Lawrence Callus

12

94

Frans Muscat

12

208

David Zerafa

13

173

Victor Gauci

14

99

Brian Axiaq

16

53

Carmelo Zahra

17

83

Reuben Andre Degabriele

26

146

Albert Mc Carthy

27

72

Mario Farrugia

28

40

Edmond Cassar